Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Neculai Tarola vs Minister for Social Protection

(Kawża C-483/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Neculai Tarola

Konvenut: Minister for Social Protection

Domanda preliminari

Fejn ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE ieħor, wara l-ewwel tnax-il xahar tiegħu jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, jasal fl-Istat ospitanti u jaħdem (mhux b’kuntratt b’terminu fiss) għal perijodu ta’ ġimgħatejn li għalih huwa mħallas u sussegwentement jispiċċa involontarjament bla xogħol, dan iċ-ċittadin iżomm l-istatus ta’ ħaddiem għal mill-inqas sitt xhur oħra għall-finijiet tal-Artikolu 7(3)(c) u tal-Artikolu 7(1)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE 1 , fis-sens li jkun intitolat li jirċievi pagamenti ta’ assistenza soċjali jew, skont il-każ, benefiċċji ta’ sigurtà soċjali fuq l-istess bażi daqs li kieku kien ċittadin residenti tal-Istat ospitanti?

____________

1 Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).