Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/12)

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni – Kumpens għad-dannu li jirriżulta minħabba l-fatt li l-istituzzjoni tibgħat lill-avukat tar-rikorrent ittra dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mir-rikorrent – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat – Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi miċħuda t-talba tar-rikorrent sabiex jikseb kumpens għad-danni sostnuti minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra rigward ir-rikorrent lill-avukat tiegħu flimkien ma’ talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal is-somma ta’ EUR 2 000.