Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2008 - Di Bucci vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vittorio Di Bucci (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. van der Woude, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta' April 2007 safejn hija tagħti lir-rikorrent punt ta' prijorità supplimentari wieħed biss fir-rigward tal-proċedura ta' promozzjoni 2003, għal total ta' 2 punti ta' prijorità u numru totali ta' 21 punt, u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta' April 2007 safejn hija tagħti lir-rikorrent punt ta' prijorità supplimentari wieħed biss fir-rigward tal-proċedura ta' promozzjoni 2003, għal total ta' 2 punti u numru totali ta' 21 punt, u tikkundanna l-konvenuta tħallas kumpens;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens ta' EUR 5 000;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________