Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Liège (il-Belġju) fl-24 ta’ Mejju 2019 – LM vs Centre public d’action sociale de Seraing

(Kawża C-402/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LM

Konvenut: Centre public d’action sociale de Seraing

Domandi preliminari

Il-punt 1 tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 57(2) tal-Liġi Belġjana tat-8 ta’ Lulju 1976 bażika taċ-ċentri pubbliċi ta’ azzjoni soċjali, imur kontra l-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE 1 , moqrija fid-dawl tal-Artikoli 19(2), u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva u tal-Artikoli 7 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif interpretati mis-sentenza Abdida tat-18 ta’ Diċembru 2014 tal-Qorti tal-Ġustizzja (C-562/13):

l-ewwel nett, sa fejn dan iwassal sabiex barrani li huwa ċittadin ta’ Stat terz u li jkun qiegħed jirrisjedi illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru jiġi mċaħħad mit-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż, sa fejn huwa possibbli, tal-bżonnijiet bażiċi tiegħu matul l-eżerċizzju tar-rikors għal annullament u sospensjoni li jkun ippreżenta, f’ismu personali u bħala rappreżentant tal-wild tiegħu li f’dak iż-żmien ikun għadu minuri, kontra deċiżjoni li tkun ordnatilhom li jitilqu mit-territorju ta’ Stat Membru,

filwaqt li, it-tieni nett, minn naħa, l-imsemmi wild li llum huwa maġġuri huwa milqut minn marda serja li l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tista’ tesponi għal riskju serju ta’ deterjorament serju u irreversibbli tal-istat ta’ saħħa tiegħu u li, min-naħa l-oħra, il-preżenza ta’ dan il-ġenitur mal-wild maġġuri tiegħu titqies indispensabbli mill-korp mediku minħabba l-vulnerabbiltà tiegħu li tirriżulta mill-istat ta’ saħħa tiegħu (attakki rikorrenti taċ-ċelluli “sickle” reċidivi u neċessità ta’ intervent kirurġiku sabiex tiġi evitata l-paraliżi)?

____________

1     Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).