Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2013 – Mendes vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-125/11) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni – Dmir tal-amministrazzjoni li tinterpreta l-ilmenti fi spirtu ta’ trasparenza – Tibdil fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti wara li saru t-testijiet ta’ aċċess – Prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Mendes (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10Dispożittiv Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/111/10, tas-7 ta’ April 2011, li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas EUR 2 000 lir-rikorrenti.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.