Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městský soud v Praze (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Lulju 2018 – CS et vs České aerolinie a.s.

(Kawża C-502/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Městský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CS, DR, EQ, FP, GO, HN, IM, JL, KK, LJ, MI

Konvenuta: České aerolinie a.s.

Domanda preliminari

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 , toħloq obbligu fuq trasportatur Komunitarju sabiex iħallas kumpens lill-passiġġieri fejn dan it-trasportatur Komunitarju, bħala t-trasportatur kuntrattwali, ikun opera l-ewwel parti ta’ titjira b’waqfa f’ajruport ta’ Stat terz, li minnu, skont ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, trasportatur li ma jkunx trasportatur Komunitarju, opera t-tieni parti tat-titjira u kien hemm dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat sal-wasla fl-ajruport tad-destinazzjoni finali li seħħ esklużivament fit-tieni parti tat-titjira?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).