Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Lulju 2020 – Facebook Ireland Limited vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

(Kawża C-319/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti għal reviżjoni: Facebook Ireland Limited

Appellati għal reviżjoni: Bundesverband der Verbraucherzentralen u Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VIII, b’mod partikolari l-Artikolu 80(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 84(1) tar-Regolament 2016/679 1 , jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li – b’mod parallel mas-setgħat ta’ intervent tal-awtoritajiet superviżorji responsabbli sabiex jissorveljaw u jinfurzaw ir-regolament u l-possibbiltajiet ta’ rikors tal-persuni kkonċernati – jagħtu lill-kompetituri, minn naħa, u lill-assoċjazzjonijiet, organi u kmamar awtorizzati skont id-dritt nazzjonali, min-naħa l-oħra, is-setgħa, f’każ ta’ ksur tar-Regolament 2016/679, li jaġixxu kontra l-awtur ta’ dan il-ksur billi jippreżentaw rikors quddiem il-qrati ċivili, indipendentement mill-ksur ta’ drittijiet konkreti ta’ persuni kkonċernati individwali u mingħajr mandat ta’ persuna kkonċernata, billi jinvokaw il-projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali żleali, il-ksur ta’ liġi fil-qasam ta’ protezzjoni tal-konsumaturi jew il-projbizzjoni tal-użu ta’ klawżoli standard ineffettivi?

____________

1     Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1).