Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Marzu 2020 – Ferrari SpA vs Mansory Design & Holding GmbH, WH

(Kawża C-123/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ferrari SpA

Konvenuta: Mansory Design & Holding GmbH, WH

Domandi preliminari

Id-disponibbiltà għall-pubbliku tal-immaġni ta’ prodott fl-intier tiegħu, skont l-Artikolu 11(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 1 , tista’ twassal għall-istabbiliment ta’ disinni Komunitarji mhux irreġistrati għal ċerti partijiet ta’ dan il-prodott, meqjusa separatament?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Fil-kuntest tal-eżami tal-karattru individwali fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 6/2002, liema kriterju legali għandu jiġi applikat sabiex tiġi ddeterminata l-impressjoni ġenerali fil-każ ta’ parti li – bħal, pereżempju, parti komponenti mill-istruttura ta’ vettura – tkun inkorporata fi prodott kumpless? B’mod partikolari, tista’ tingħata importanza determinanti għall-kwistjoni ta’ jekk, f’moħħ l-utent avżat, l-apparenza tal-parti tingħaqadx kompletament ma’ dik tal-prodott kumpless u żżommx ċerta awtonomija u kompletezza fir-rigward tal-forma tagħha li jippermettu li tiġi kkonstatata impressjoni estetika ġenerali indipendenti mill-forma magħquda?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).