Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Settembru 2008 - Bui Van vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-51/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Klassfikazzjoni fil-grad u skala - Klassifikazzjoni irregolari - Irtitrar ta' att ivvizzjat minn illegalità - Aspettattivi leġittimi - Terminu raġjonevoli - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal amministrazzjoni tajba)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Bui Van (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u R. Albelice, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Komuni ta' Riċerka tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2006 sa fejn irriklassifikat lir-rikorrent fil-grad AST 3, filwaqt li inizjalment kien ikklassifikat fil-grad AST 4, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tħallas lil P. Bui Van is-somma ta' EUR 1 500 bħala danni.

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

P. Bui Van għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż ta' P. Bui Van.

____________

1 - ĠU C 170, 21.07.2007, p. 43.