Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs BĊE

(Kawża F-94/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-BĊE li ma tagħtix lir-rikorrent żieda addizjonali ta’ salarju, fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-bonus, għas-sena 2014.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur, adottata fil-25 ta’ Frar 2014 u kkomunikata lill-persunal fit-3 ta’ Marzu 2014, li ma tagħtix lir-rikorrent iż-żieda addizjonali ta’ salarju għas-sena 2014;

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad ir-rikors speċjali datata l-1 ta’ Lulju 2014 u riċevuta fis-7 ta’ Lulju 2014;

jekk ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-Kap ta’ Dipartiment kompetenti/DG-H li ma ħax inkunsiderazzjoni u lanqas ippropona lir-rikorrenti għal żieda addizjonali ta’ salarju, ikkomunikata impliċitament bid-deċiżjoni tad-Direttur tal-25 ta’ Frar 2014 u bid-deċiżjoni li tiċħad ir-rikors speċjali tal-1 ta’ Lulju 2014;

jikkumpensa d-dannu materjali li jikkonsisti fit-telf ta’ opportunità li jikseb żieda addizjonali ta’ salarju fl-2004 evalwata għal EUR 51.962 jew, alternattivament, jannulla l-proċedura li tat lok għad-deċiżjoni tal-25 ta’ Frar 2014 u l-organizzazzjoni mill-BĊE ta’ proċedura ġdida għall-għoti ta’ żidiet addizzjonali ta’ salarju għas-sena 2014;

tikkumpensa d-dannu morali evalwat ex aequo et bono għal EUR 5.000;

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż kollha.