Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Mejju 2013 – McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-86/11) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjoni tal-invalidità – Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal – Rifjut li jiġi rrikonoxxut li l-invalidità kienet ikkaġunata mix-xogħol)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert McCoy (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxi li l-invalidità mġarrba mir-rikorrenti fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal kienet ikkaġunata mix-xogħol.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea, tal-10 ta’ Settembru 2010, li tirrifjuta li tirrikonoxxi li l-marda li minnha tirriżulta l-invalidità ta’ R. McCoy fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal kienet ikkaġunata mix-xogħol, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż imġarrba minn R. McCoy.

____________

1 ĠU C 340, 19.11.2011, p. 42.