Language of document :

Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2019 minn Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-138/17 – Prim vs EUIPO - Primed Halberstadt Medizintechnik

(Kawża C-421/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH (rappreżentanti: R. Ingerl, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Prim, SA (reppreżentanti: L. Broschat García, abogada), l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddetermina jekk jistgħux jipproċedu appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jitħalla jipproċedi u li Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________