Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fil-31 ta’ Lulju 2020 – IE vs Magistrat der Stadt Wien

(Kawża C-357/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IE

Konvenut: Magistrat der Stadt Wien

Domandi preliminari

Xi tfisser l-espressjoni “sit tat-tgħammir” fis-sens tal-Artikolu 12(2)(b) tad-Direttiva 92/43 1 u, fuq livell ġeografiku, kif għandu “sit tat-tgħammir” jiġi distint minn postijiet oħra?

Skont liema fatturi għandu jiġi ddeterminat jekk l-eżistenza ta’ sit tat-tgħammir hijiex limitata fiż-żmien u, jekk dan huwa l-każ, għal liema perijodu ta’ żmien?

Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk att jew ommissjoni rriżultawx f’deterjorazzjoni jew f’qerda ta’ sit tat-tgħammir?

Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk “post ta’ mistrieħ” fis-sens tal-Artikolu 12(2)(b) tad-Direttiva 92/43 ġie ddeterjorat jew meqrud?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta’ Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU 2013, L 158, p. 193).