Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-23 ta’ Frar 2018 – Humbert Jörg Köfler et

(Kawża C-148/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Murtal

Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei

Domanda preliminari

L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li, għal ksur imwettaq minħabba negliġenza, tipprevedi, mingħajr limiti massimi, sanzjonijiet pekunjarji għolja, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja, u fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, priġunerija għal diversi snin?

____________