Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta' Diċembru 2012 - Bourtembourg vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/12) 

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kunċett ta' residenza abitwali - Ċentru permanenti jew abitwali tal-interessi - Residenza temporanja sabiex jitwettqu l-istudji - Post għall-eżerċizzju tal-attività professjonali - Relazzjoni ta' xogħol għal żmien determinat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Julien Bourtembourg (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant : C. Dony, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti tal-allowance ta' espatrijazzjoni lir-rikorrent.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-24 ta' Mejju 2011, li tirrifjuta lil J. Bourtembourg l-għoti tal-allowance ta' espatrijazzjoni hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn J. Bourtembourg.

____________

1 - ĠU C 184, 23.06.2012, p. 22.