Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ottubru 2010 - Andrecs et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stefan Robert Andrecs (Brussell, Il-Belġju) et (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li taġġusta r-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet u allokazzjonijet oħra tar-rikorrenti, b'effett mill-1 ta' Lulju 2009, fl-attestazzjonijiet ta' remunerazzjoni tagħhom, fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta' Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ffissat l-ammont ġdid tar-remunerazzjonijiet, pensjonijiet u allokazzjonijiet oħra statutorji tar-rikorrenti, hekk kif jidher b'mod partikolari fl-attestazzjonijiet ta' remunerazzjoni R6/2009 u 01/2010 tal-partijiet ikkonċernati u tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha, fl-24 ta' Ġunju 2010, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti ppreżentat fid-29 ta' Marzu 2010, sa fejn l-imsemmija deċiżjonijiet jiċħdu lir-rikorrenti żieda fir-remunerazzjonijiet, pensjonijiet u allokazzjonijiet statutorji oħra tagħhom ta' 3.7 % tal-ammont oriġinali tagħhom, u li tiċħad it-talba tagħhom għall-għoti ta' interessi kkalkolati fuq l-ammonti li tagħhom huma jibqgħu kredituri, b'rata fissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, miżjuda b'żewġ punti, mid-data li fiha s-somom inkwistjoni saru eżiġibbli, sal-ħlas komplet tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________