Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 - Pascual-García vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-145/06)1

(Servizz pubbliku - Konkors ġenerali - Kundizzjonijiet ta' ammissjoni - Esperjenza professjonali meħtieġa - Rifjut li jiġi rreklutat kandidat imniżżel fil-lista ta' riserva - Setgħa ta' evalwazzjoni tal-bord u ta' l-Awtorità tal-Ħatra)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Cesar Pascual-García (Madrid, Spanja) [rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Erwopej [rappreżentanti: J. Currall u M. Velardo, aġenti]

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tas-7 ta' April 2006 tad-Direttur Ġenerali tal-Joint Research Centre tal-Kummissjoni li ma jikkunsidrax il-kandidatura tar-rikorrent għall-post imsemmi fl-avviż ta' post vakanti COM/2005/2969 - B*3/B*11 - IHCP - Ispra, u li jżid kumment fil-lista ta' riserva tal-kompetizzjoni EPSO/B/23/04 li jinforma lid-dipartimenti tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti mill-avviż ta' l-imsemmija kompetizzjoni

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Joint Research Centre tal-Kummissjoni, tas-7 ta' April 2006, li ma jikkunsidrax il-kandidatura ta' Pascual Garcia għall-avviż ta' post vakanti COM/2005/2969 u li jżid kumment fil-lista ta' riserva tal-kompetizzjoni EPSO/B/23/04 li jinforma lid-dipartimenti tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti mill-avviż ta' l-imsemmija kompetizzjoni hija annullata.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 56, 10.03.2007, p. 42.