Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fl-20 ta’ Ġunju 2019 – Middlegate Europe NV vs Ministerraad

(Kawża C-471/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Middlegate Europe NV

Konvenut: Ministerraad

Domandi preliminari

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri jew le flimkien mal-Artikolu 56 tal-istess Trattat, mal-Artikoli 15 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju ta’ ugwaljanza, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq persuni jew fuq impriżi li jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet portwali f’żona portwali Belġjana fis-sens tal-Liġi tat-8 ta’ Ġunju 1972 li torganizza x-xogħol portwali – inklużi attivitajiet li ma humiex relatati mat-tagħbija u mal-ħatt ta’ bastimenti fis-sens strett – l-obbligu li jużaw biss ħaddiema portwali awtorizzati?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-Grondwettelijk Hof tista’ żżomm provviżorjament l-effetti tal-Artikoli 1 u 2, inkwistjoni, tal-Liġi tat-8 ta’ Ġunju 1972 li torganizza x-xogħol portwali, sabiex tiġi evitata inċertezza legali u malesseri soċjali, u sabiex tippermetti li l-leġiżlatur jemendahom b’mod konformi mal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni Ewropea?

____________