Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Sundair GmbH vs WV et

(Kawża C-660/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Sundair GmbH

Partijiet oħra fil-proċedura: WV, XU, YT, irrappreżentati minn XU u ZS

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġieri affettwati huma intitolati għal kumpens għall-kanċellazzjoni ta’ titjira fil-każ li t-trasportatur tal-ajru li jopera ma jkollux liċenzja valida tal-operazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, meta n-nuqqas ta’ liċenzja valida tal-operazzjoni hija mill-inqas waħda mir-raġunijiet għal kanċellazzjoni u meta fil-ħin tar-reżervazzjoni l-passiġġieri ma kinux konxji tan-nuqqas ta’ liċenzja valida tal-operazzjoni?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.