Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – Organisation juive européenne, Vignoble Psagot Ltd vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-363/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Organisation juive européenne, Vignoble Psagot Ltd

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari r-Regolament Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi 1 , meta l-indikazzjoni tal-oriġini ta’ prodott li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tkun obbligatorja, jeżiġi, fir-rigward ta’ prodott li joriġina minn territorju okkupat mill-Iżrael sa mill-1967, l-indikazzjoni ta’ dan it-territorju u indikazzjoni li tispeċifika li l-prodott joriġina minn kolonja Iżraeljana jekk dan ikun il-każ? Fin-nuqqas ta’ dan, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, b’mod partikolari dawk tal-Kapitolu VI tiegħu, jippermettu li Stat Membru jeżiġi tali indikazzjonijiet?

____________

1     Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, p. 18).