Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Lulju 2019 – CY, Asociația “Forumul Judecătorilor din România” vs Inspecţia Judiciară, Consiliul Superior al Magistraturii, Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
(Kawża C-547/19)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CY, Asociația “Forumul Judecătorilor din România”
Konvenuti: Inspecţia Judiciară, Consiliul Superior al Magistraturii, Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Domanda preliminari
L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 19(1) tal-istess trattat u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-intervent ta’ qorti kostituzzjonali (organu li skont id-dritt nazzjonali ma huwiex istituzzjoni ġudizzjarja) fir-rigward tal-mod kif il-qorti suprema interpretat u applikat il-leġiżlazzjoni infrakostituzzjonali fl-attività ta’ ħatra tal-kulleġġi ġudikanti?
____________