Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015 – Van der Veen vs Europol
(Kawża F-45/15)1
(Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Aġent temporanju – Deċiżjoni 2009/371/ĠAI – Rifjut tal-Europol li jikkonkludi kuntratt għal żmien mhux determinat – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors manifestament infondat)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mark Van der Veen (Le Haye, in-Netherlands) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)
Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann, J. Arnould u C. Falmagne, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-konvenut li ma jilqax it-talba tar-rikorrenti li huwa jingħata kuntratt għal żmien hum iddeterminat.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
M. Van der Veen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.
____________1 ĠU C 190, 08.06.2015, p. 34.