Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Mariboru (is-Slovenja) fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Aleš Kuhar, Jožef Kuhar vs Addiko Bank d.d.

(Kawża C-407/18)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Mariboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aleš Kuhar, Jožef Kuhar

Konvenuta: Addiko Bank d.d.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE 1 tal-5 ta’ April 1993, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, l-imħallef tal-eżekuzzjoni għandu jirrifjuta ex officio l-eżekuzzjoni minħabba klawżola inġusta f’att notarili direttament eżekuttiv (titolu eżekuttiv) f’każ fejn, bħal f’dan il-każ, is-sistema proċedurali ta’ Stat Membru ma toffrix lill-imħallef il-possibbiltà effettiva li jissospendi jew li jiddifferixxi l-eżekuzzjoni forzata (fuq talba tad-debitur jew ex officio) sakemm tingħata deċiżjoni finali dwar in-natura inġusta tal-klawżola fil-kuntest ta’ proċedura kontenzjuża mressqa mid-debitur bħala konsumatur?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).