Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014 – Carlo De Nicola vs BEI
(Kawża F-55/08 RENV)1
(Servizz pubbliku – Rinviju għall-Qorti Ġenerali wara annullament – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli– Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għad-danni)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, assistiti minn Mme A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament parzjali ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli li tikkonċerna l-evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2006 u, min-naħa l-oħra, l-istabbiliment tal-fatt li r-rikorrenti huwa vittma ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll il-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf l-attivitajiet ta’ fastidju u li jikkumpensa d-dannu morali u materjali.
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli tal-Bank Ewropew tal-Investiment tal-14 ta’ Diċembru 2007 hija annullata.
2) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2007 li ma jiġix promoss ir-rikorrent, fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2006 u fuq it-talbiet intiżi għall-kumpens għall-allegati danni minħabba l-fastidju psikoloġiku.
3) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. Le recours est rejeté pour le surplus.
4) Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola fil-Kawżi F-55/08, T-37/10 P u F-55/08 RENV.
____________1 ĠU C 209, 15/08/2008, p. 73