Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Marzu 2007 - Sundholm vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Asa Sundholm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar l-abbozzar ta' rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-perijodu li jmur mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002, in eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-20 ta' April 2005, Sundholm vs Il-Kummissjoni (T-86/04);

tikkundanna l-parti konvenuta tħallas, f'dan l-istadju tal-proċedura, EUR 1 bħala danni morali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, l-ewwel nett, ksur ta' l-Artikolu 233 KE u ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, in kwantu d-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix li jinftihem kif il-motivi tas-sentenza ċċitata iktar 'il fuq ittieħdu in kunsiderazzjoni.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata, minn naħa, ma rrikonoxxietx l-objettivi u l-għanijiet imfittxija mis-sistema l-ġdida ta' evalwazzjoni tal-karriera u, min-naħa l-oħra, hija vvizzjata minn inkoerenza bejn il-kummenti u l-punti mogħtija.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn l-elementi fattwali li jservu ta' bażi għall-evalwazzjoni tagħha ma ġewx ikkomunikati lilha la fil-mument meta saru u lanqas fil-kuntest tal-proċedura ta' evalwazzjoni.

____________