Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franiża

(Kawża C-416/17)1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikoli 49 u 63 kif ukoll t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE – Impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi – Differenza fit-trattament skont l-Istat ta’ residenza tas-sottosussidjarja – Ħlas lura tat-taxxa minn ras il-għajn miġbura indebitament – Rekwiżiti dwar il-provi li juru tali rimbors – Limitazzjoni tad-dritt għall-rimbors – Diskriminazzjoni – Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza – Obbligu ta’ rinviju preliminari)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u W. Roels, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franiża (rappreżentanti: E. de Moustier, A. Alidière u D. Colas, aġenti)

Dispożittiv

Billi rrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu ta’ rimbors tat-taxxa minn ras il-għajn imħallsa minn kumpannija omm residenti għat-tqassim ta’ dividendi mħallsa minn kumpannija mhux residenti permezz ta’ sussidjarja mhux residenti, it-taxxa fuq il-profitti li huma l-bażi ta’ dawn id-dividendi minn din is-sottosussidjarja mhux residenti, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, minkejja li l-mekkaniżmu nazzjonali ta’ prevenzjoni tat-taxxa doppja ekonomika, fil-każ ta’ katina ta’ parteċipazzjoni purament interna, jinnewtralizza t-taxxa imposta fuq id-dividendi mqassma minn kumpannija f’kull livell ta’ din il-katina ta’ parteċipazzjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 49 u 63 TFUE.

Peress li l-Kunsill tal-Istat (Franza) naqas milli jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-proċedura stabbilita fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm lok li tiġi rrifjutata li tittieħed inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rimbors tat-taxxa minn ras il-għajn imħallsa minn kumpannija residenti bħala t-tqassim tad-dividendi mħallsa minn kumpannija mhux residenti permezz ta’ sussidjarja mhux residenti, it-taxxa imposta minn din it-tieni kumpannija fuq il-profitti li huma l-bażi ta’ dawn id-dividendi, minkejja li l-interpretazzjoni li hija tat tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fis-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 2012, Rhodia (FR:CESSR:2012:317074.20121210) u tal-10 ta’ Diċembru 2012, Accor (FR:CESSR:2012:317075.20121210), ma kinitx daqstant imponenti li ma tħallix spazju għal ebda dubju raġonevoli, ir-raba’ lment għandu jintlaqa’.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 293, 04.09.2017.