Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2019 – MG, NH vs Germanwings GmbH
(Kawża C-190/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MG, NH
Konvenuta: Germanwings GmbH
Domanda preliminari
Jeżisti dritt għall-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 ukoll meta passiġġier ma setax jieħu, minħabba li wasal b’dewmien relattivament minimu, titjira ta’ konnessjoni diretta u meta dan kellu l-konsegwenza ta’ dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar sabiex jasal fid-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet kienu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u r-reżervazzjoni ġiet ikkonfermata minn aġenzija tal-ivvjaġġar li kkombinat it-titjiriet għall-klijent tagħha?
____________
1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).