Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-17/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li ma jingħatawx tliet punti ta’ mertu lir-rikorrent fil-proċedura ta’ promozzjoni 2012.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar id-deċiżjoni tal-punti ta’ mertu għas-sena 2012.

jannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Diċembru 2013 dwar iċ-ċaħda tal-ilment;jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.