Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – BC vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-467/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BC

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91/2004 1 , moqrija flimkien mal-Artikolu 3(5) tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjiriet konnessi, fejn żewġ titjiriet ikunu suġġetti għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport li jinsab barra mit-territorju ta’ Stat Membru (f’pajjiż terz) u b’destinazzjoni ta’ ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru bl-użu ta’ ajruport ta’ pajjiż terz ieħor, passiġġier li jġarrab dewmien fid-destinazzjoni finali tiegħu ta’ tliet sigħat jew iktar, dewmien ikkawżat mill-ewwel titjira, operata, skont ftehim ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jista’ jressaq l-azzjoni għall-kumpens tiegħu skont dan ir-regolament kontra t-trasportatur tal-ajru Komunitarju li miegħu ġie rriżervat it-traġitt fit-totalità tiegħu u li wettaq biss it-tieni parti ta’ dan it-traġitt?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.