Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta' Lulju 2011 - Coedo Suárez. vs Il-Kunsill
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba għad-danni, segwita minn deċiżjoni espliċita ta' ċaħda tal-imsemmija talba - Ilment preċedenti tardiv kontra d-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda - Inammissibbiltà)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Angel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrent u t-talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 301, 06.11.10, p. 63.