Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 - Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-96/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma tagħtix lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' promozzjoni ad personam u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta' somma għall-kumpens tad-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni li ma tagħtix lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' promozzjoni ad personam, ikkomunikata fid-data tal-11 ta' Marzu 2008;

konsegwentement, (i) tannulla kull deċiżjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa kkomunikata fil-11 ta' Marzu 2008, inklużi b'mod partikolari d-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti minn Marzu 2008 u (ii) tikkundanna l-konvenut għall-ħlas ta' somma ta' EUR 10 000, ex aequo et bono, sabiex jiġi kkumpensat id-dannu morali subit mir-rikorrenti;

bil-presuppost li l-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' annullament ser tinvolvi diffikultajiet serji, il-ħlas ta' somma ta' EUR 78 000 jew, tal-inqas, in-nofs ta' din is-somma sabiex jiġi kopert id-dannu subit mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

____________