Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2013

ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tikkonċerna t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, liema deċiżjoni tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fis-27 ta’ Frar 2013, li permezz tagħha ġew miċħuda l-ilmenti mressqa mir-rikorrent fis-7 ta’ Jannar 2013 kontra d-deċiżjonijiet tal-PMO.4 tal-10 ta’ Ottubru 2012;

jannulla bl-istess mod l-imsemmija deċiżjonijiet adottati mill-PMO.4 fl-10 ta’ Ottubru 2012, li kontrihom ġew imressqa l-ilmenti tar-rikorrent;

jikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ġew adottati fit-3 ta’ Marzu 2011, b’mod partikolari fl-Artikolu 9 tagħhom, u jiddikjarahom inapplikabbli f’dan il-każ;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.