Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Settembru 2019 – M, A, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, T

(Kawża C-673/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M, A, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, T

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348) 1 , b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 6 u 15 tagħha, tipprekludi d-detenzjoni b’applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ barrani li jibbenefika minn protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, meta din id-detenzjoni hija intiża għat-tneħħija, għal dan l-Istat Membru l-ieħor, tal-barrani li rċieva biss l-ordni li jmur hemm għal din ir-raġuni, mingħajr ma ġiet adottata deċiżjoni sussegwenti ta’ ritorn?

____________

1     p. 98.