Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 - Fares vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Soukaïna Fares (Berchem-Sainte-Agathe, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III.

Talbiet tar-rikorrenti

-    tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-AATK [awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg] fis-17 ta' Ottubru li biha ġie miċħud l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-21 ta' Ġunju 2008, sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III, u li tapplika l-benefiċċju ta' klassifikazzjoni fil-grad 9, b'effett fl-istess data;

-    sa fejn meħtieġ, tannulla wkoll id-deċiżjoni oriġinali, li biha r-rikorrenti ġiet ikklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III;

-    tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________