Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs ERCEA

(Kawża F-33/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA)

Suġġett

L-annullament parzjali tal-kuntratt tar-rikorrent stipulat mal-ERCEA fil-parti fejn huwa ġie kklassifikat fil-grad AD10.

Talbiet tar-rikorrenti

janulla d-deċiżjoni tal-ERCEA u d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fil-parti fejn jikklassifikaw lir-rikorrent fil-grad 10;

jikkundanna lill-ERCEA għall-kumpens għad-dannu materjali li r-rikorrent sostna, ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza fil-pagi bejn l-AC3a u l-AC3b, il-grupp ta’ funzjonijiet III, għat-tul kollu tal-kuntratt tiegħu mal-ERCEA u għad-danni morali li r-rikorrent sofra kif ukoll l-interessi ta’ kumpens u moratorji bir-rata ta’ 6.75 % għad-danni morali u materjali li sofra;

jikkundanna lill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA) għall-ispejjeż.