Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2019 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-434/15, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

(Kawża C-506/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH (rappreżentanti: M. Taher, Solicitor, R. Blakeley, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara li l-Kunsill, bl-inklużjoni tal-appellanti, wettaq ksur suffiċjentement serju ta’ liġi intiża li tikkonferixxi drittijiet lil individwi;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddetermina l-applikazzjoni kontinġenti għal miżuri istruttorji inklużi fl-applikazzjoni, u imbagħad (sussugwentement) tiddetermia l-kwistjonijiet ta’ rabta kawżali u ta’ kwantifikazzjoni; u

tordna lill-Kunsill iħallas lill-appellanti l-ispejjeż tal-appell u l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali sal-lum.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet ħames żbalji ta’ liġi li abbażi tagħhom għandha tiġi annullata s-sentenza:

żball fl-applikazzjoni tal-konklużjoni li l-Kunsill ma kellu l-ebda diskrezzjoni;

żball fl-applikazzjoni tar-raġunament fis-sentenza ta’ annullament IRISL [2013] għall-eżami ta’ ksur suffiċjentement serju;

nuqqas ta’ bażi fid-dritt għad-distinzjoni “nuqqas ta’ prova”/“prova mhux adegwata, li kienet li fi kwalunkwe każ inapplikabbli;

żball ta’ liġi meta pprovat tibbaża ruħha fuq evidenza li ma tinsabx quddiem il-Qorti; u

żball ta’ liġi meta applikat [is-sentenza fil-Kawża Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS)] bħala “issue estoppel” jew res judicata.

____________