Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Diċembru 2007 - Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (Kawża F-136/07)

Lingwa tal-Kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Aalst, il-Belġju) (Rappreżentant: F. Rillinger, avocat)

Konvenuta : Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tal-5 ta' Settembru 2007, li niżżlet lir-rikorrent għall-grad A9 skala 5 b'riżultat ta' proċedura dixxiplinarja, u min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet li jiġi sospiż mill-funzjonijiet tiegħu, li tinfetaħ investigazzjoni amministrativa kontrih u li ma jiġix promoss għall-grad AD 11 fl-2007 - Talba għal kumpens għad-danni morali u materjali.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni espliċita ta' l-Awtorità tal-Ħatra li niżżlet lir-rikorrent għall-grad A9 skala 5 b'riżultat tal-proċedura dixxiplinarja li nfetħet fis-27 ta' Settembru 2006;

tannulla d-deċiżjonijiet marbuta magħha u dawk sussegwenti, b'mod partikolari dik tas-26 ta' Settembru 2006 li r-rikorrent jiġi sospiż mill-funzjonijiet tiegħu, dik tas-27 ta' Settembru 2007 li tinfetaħ investigazzjoni amministrativa kontrih, u dik li ma jiġix promoss għall-grad AD 11;

tannulla d-deċiżjoni meħuda fil-laqgħa tal-grupp żgħir tal-Qorti ta' l-Awdituri tat-8 ta' Marzu 2007 li fl-1 ta' Lulju 2007 il-ħatra ta' Michel Hervé tiġġedded għal perijodu ta' sitt snin;

tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 10.000 għad-danni morali subiti matul u wara l-proċeduri dixxiplinarji u bħala kumpens għad-danni materjali subiti b'riżultat tad-differenza bejn is-salarju li rċieva mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-aħħar deċiżjonijiet ta' promozjoni u s-salarju li kien jirċievi li kieku ġie promoss f'din id-data;

tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-ispejjeż.

____________