Language of document : ECLI:EU:F:2010:53

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

15 ta’ Ġunju 2010

Kawża F-51/09

Alessandro Petrilli

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu A. Petrilli, uffiċjal irtirat tal-Kummissjoni, li rtira fl-1 ta’ Lulju 2007, jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-18 ta’ Frar 2009, li ċaħdet l-ilment tiegħu imressaq fl-20 ta’ Ottubru 2008 abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas ta’ Drittijiet Individwali”, tas-16 ta’ Ottubru 2008, li rrifjutat li tiffissa l-Italja bħala l-post tar-residenza prinċipali tiegħu mill-irtirar mhux volontarju tiegħu u, konsegwentement, l-ewwel nett, li tapplika għall-pensjoni tiegħu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-Italja, it-tieni nett, li tagħtih l-allowance ta’ reinstallazzjoni, it-tielet nett, li tirdoppja l-allowance tal-edukazzjoni li jirċievi għal bintu.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑51/09, Petrilli vs Il‑Kummissjoni, tħassret mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kummissjoni tħallas is-somma f’daqqa ta’ EUR 5 750 lir-rikorrent, li inkambju jirrinunzja għal kull talba, inkluż fir-rigward tal-ispejjeż. Ir-rikorrent għandu jbati l-bqija tal-ispejjeż eventwali. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali — Rikorsi — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-Reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli69 u 74)