Language of document :

Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 minn Giorgio Armani SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-653/18, Armani vs EUIPO

(Kawża C-239/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Giorgio Armani SpA (rappreżentanti: S. Martínez-Almeida u Alejos-Pita, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Settembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.

____________