Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbanak van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fis-17 ta' Novembru 2009 - Koninklijke Philips Electronics NV vs Lucheng Meijing Industrial Company Ltd, Far East Sourcing Ltd, Röhlig Hong Kong Ltd, Röhlig Belgium NV

(Kawża C-446/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbanak van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koninklijke Philips Electronics NV.

Konvenuti: Lucheng Meijing Industrial Company Ltd, Far East Sourcing Ltd, Röhlig Hong Kong Ltd, Röhlig Belgium NV.

Domandi preliminari

L-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 3295/94 1 huwa regola tad-dritt Komunitarju uniformi li torbot lill-qorti tal-Istat Membru adita, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, mid-detentur tad-dritt, u din ir-regola timplika li, sabiex tiddeċiedi, il-qorti ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni l-istatus doganali ta' importazzjoni temporanja jew l-istatus doganali ta' tranżitu u li dik il-qorti għandha tapplika l-finzjoni li l-oġġetti kienu manifatturati f'dan l-Istat Membru u li, għalhekk, dik il-qorti għandha tiddeċiedi billi tapplika d-dritt ta' dan l-Istat Membru għall-kwistjoni ta' jekk l-oġġetti kkonċernati jippreġudikawx id-dritt intellettwali inkwistjoni?

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94, tat-22 ta' Diċembru 1994, li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid jew dħul għal proċedura sospensiva ta' oġġetti falsifikati jew pirati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 5, p. 318)