Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2019 – H. A. vs État belge

(Kawża C-194/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: H. A.

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida 1 (rifolmulazzjoni), meħud waħdu u flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat bħala li jobbliga, sabiex jiġi ggarantit dritt għal rikors effettiv, lill-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzojni, fejn xieraq, elementi suċċessivi għad-deċiżjoni ta’ “trasferiment Dublin”?

____________

1 ĠU 2013, L 180, p. 31.