Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-6 ta’ Ġunju 2019 – Ellmes Property Services Limited vs SP

(Kawża C-433/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ellmes Property Services Limited

Konvenuta: SP

Domandi preliminari

L-ewwel alternattiva tal-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 (iktar ʼil quddiem ir-“Regolament Brussell Ia”) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-azzjonijiet ta’ koproprjetarju intiżi sabiex koproprjetarju ieħor jiġi pprojbit milli jimmodifika, arbitrarjament u mingħajr il-kunsens tal-koproprjetarji l-oħra, il-proprjetà tiegħu f’koproprjetà, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu intiż tagħha, għandhom l-għan li jsostnu dritt in rem?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell Ia għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjonijiet imsemmija [fl-ewwel domanda] jikkonċernaw obbligi kuntrattwali li għandhom jiġu eżegwiti fil-post fejn jinsab l-oġġett?

____________

1 ĠU 2012, L 351, p. 1.