Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ April 2019 minn Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) fit-12 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-231/18 – Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam vs EUIPO - Lupu (Djili)

(Kawża C-293/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (rappreżentanti: C-R Romiţan, lawyer)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

B’digriet tat-2 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u li Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________