Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-28 ta’ Novembru 2019 – L vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U.

(Kawża C-869/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L

Konvenut: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE 1 , jipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji proċedurali li huma l-prinċipju dispożittiv, il-prinċipju ta’ kongruwenza u l-projbizzjoni tar-reformatio in peius, li jipprekludu lill-qorti adita bl-appell ippreżentat mill-bank kontra sentenza li tillimita ratione temporis il-ħlas lura tas-somom imħallsa indebitament mill-konsumatur abbażi ta’ “klawżola ta’ limitu minimu” ddikjarata nulla, tordna l-ħlas lura totali tas-somom imsemmija u b’dan il-mod tpoġġi fi żvantaġġ lill-appellant minħabba li din il-limitazzjoni ma ġietx ikkontestata mill-konsumatur?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur( ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).