Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-2 ta’ Lulju 2018 – ML vs OÜ Aktiva Finants

(Kawża C-433/18)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ML

Konvenuta: OÜ Aktiva Finants

Domandi preliminari

Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli, stabbilita mis-sistema nazzjonali għall-preżentata ta’ appelli, hija kompatibbli mar-rimedji effettivi disponibbli għaż-żewġ partijiet abbażi tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 44/2001 1 fir-rigward ta’ appell ġudizzjarju, fil-każ tal-ppreżentata ta’ appell minn deċiżjoni ta’ qorti tal-ewwel istanza li tirrigwarda r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza fis-sens tar-Regolament Nru 44/2001?

Fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-appelli, ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet relatati mal proċeduri f’materji kontradittorji fis-sens tal-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 44/2001, jekk l-appellat ma jkunx instema’ fir-rigward tal-appell propost qabel ma tingħata d-deċiżjoni relattiva għall-awtorizzazzjoni tal-appell? Tali kundizzjonijiet ikunu sodisfatti jekk l-appellat jinstema’ qabel ma tingħata d-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-appell?

Fl-interpretazzjoni, għandha tingħata importanza lill-fatt li l-appellant jista’ jkun mhux biss il-parti li talbet l-eżekuzzjoni u li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda, iżda anki l-parti li kontriha ntalbet l-eżekuzzjoni, fil-każ li tali talba kontriha tkun intlaqgħet?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).