Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 Cova vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-101/07)1

(Inċidenti ta' proċedura - Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philippe Cova, (Brussell, il-Belġju), (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tillimita għal sena l-perijodu li fih ir-rikorrent, uffiċjal li ġie msejjaħ jokkupa ad interim pożiżżjoni ta' Kap ta' Diviżjoni, jista' jibbenifika mill-allowance differenzjali prevista fl-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.07 p. 73.