Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2014 – EH vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjal – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Regola kontra l-kumulu tal-allowances nazzjonali u statutorji – Ġbir mill-konjuġi tal-uffiċjal ta’ allowances tal-familja nazzjonali – Assenza ta’ dikjarazzjoni tal-uffiċjal tal-bidla tas-sitwazzjoni personali tiegħu lill-amministrazzjoni tiegħu – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Inżul fl-iskala – Proporzjonalità – Motivazzjoni – Ċirkustanzi attenwanti – Nuqqas ta’ diliġenza tal-amministrazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EH (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta:Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent jiġi ssanzjonat billi jitniżżel bi tliet skali minħabba ksur tar-regoli kontra l-kumulu tal-allowances tal-familja nazzjonali u dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

EH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 212, 07.07.2014, p. 45.