Rikors ippreżentat fl-20 ta' Mejju 2009 - Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-54/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitatjiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament ta' deċiżjonijiet varji dwar it-tnaqqis ta' 39 jum mill-ġranet ta' leave tar-rikorrent għas-sena 2008.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjonijiet tat-12 ta' Frar 2008, tal-1 ta' April 2008, tal-10 ta' April 2008, tal-20 ta' Mejju 2008 u tal-14 ta' Lulju 2008 dwar it-tnaqqis ta' 39 jum mill-ġranet ta' leave tar-rikorrent għas-sena 2008;
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitatjiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________