Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Marzu 2010 - Daake vs UASI

(Kawża F-17/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Simone Daake (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-UASI tal-4 ta' Diċembru 2009 li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrenti

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-UASI jikkumpensaha għal dannu materjali li jammonta għad-differenza bejn

minn naħa, il-paga attwali tagħha skont il-klassifikazzjoni preċedenti tagħha bħala membru tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg mill-1 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Diċembru 2008 u l-allowance tal-qgħad li ngħatalha mill-1 ta' Novembru 2008 sal-lum, u

min-naħa l-oħra, il-paga li kienet intitolata għaliha bħala membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg mill-1 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Diċembru 2008 u l-allowance tal-qgħad li kienet intitolata għalih mill-1 ta' Novembru 2008 sal-lum, ikkalkolata abbażi tal-paga tagħha ta' Ottubru 2008 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg -

flimkien mat-telf tal-pensjoni tal-irtirar u allowances, pagi u benefiċċji oħra b'kunsiderazzjoni għall-promozzjoni xierqa bbażata fuq il-qadi ta' dmirijietha sal-1 ta' April 2008,

u - sa fejn meħtieġ għad-danni mitluba - tannulla d-deċiżjonijiet tal-UASI tas-6 ta' Mejju 2009 u tal-4 ta' Diċembru 2009;

tordna lill-UASI jikkumpensaha għad-dannu mhux materjali kkawżat permezz ta' diskriminazzjoni meta mqabbla ma' impjegati oħra tal-UASI, f'ammont li għandu jiġi ddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

____________