Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-50/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-AIPN li tagħti lir-rikorrent punt wieħed ta' mertu għar-rapport ta' evalwazzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-20 ta' Jannar 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-AIPN, tal-11 ta' Mejju 2010, mgħarrfa lir-rikorrent fis-27 ta' Mejju 2010, li biha kienet ser tagħti lir-rikorrent punt wieħed biss ta' mertu għar-rapport ta' evalwzzjoni 2009;

tindika lill-AIPN l-effetti li jseħħu wara l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati;

tordna li jingħataw EUR 2 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________